Il-Kenja tipprojbixxi l-basktijiet tal-plastik

Il-Kenja qed tipprojbixxi l-basktijiet tal-plastik. Għaldaqstant min jinqabad jagħti baskett tal-pastik jista’ jeħel multa massimu ta’  €31,000 jew erba’ snin ħabs. Il-liġi tippermetti biss biexisiru basktijiet tal-plastik għall-manifatura.
Il-Gvern qal li din il-projbizzjoni se tgħin lill-ambjent. Din il-liġi qajmet reazzjoni fost il-manifaturi tal-basktijiet għax qalu li se jintilfu ma’ 80,000 impjieg.
Għadd ta’ pajjiżi Afrikani oħra pprojbixxew l-użu ta’ dawn il-basktijiet fosthom l-Etjopja, it-Tanżanija u l-Kamrun.
Il-basktijiet tal-plastik jikkontribwixu għal tmien miljun tunellata ta’ plastik fl-ibħra. Huwa stmat li sal-2050, se jkun hemm aktar plastik fil-baħar mill-ħut.