“Il-kelma ‘ugwaljanza’ ma tfissirx l-istess għall-PL u l-PN” – Fearne

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom tifsira differenti ta’ xi tfisser il-kelma “ugwaljanza”.
F’diskors fil-konferenza ġenerali Laburista, Fearne qal li filwaqt li għall-PN ugwaljanza tfisser biss li kulħadd ikun l-istess, għall-PL din tfisser għajnuna lil min ikollu l-iktar bżonn, biex imbagħad kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet. 
Tkellem dwar il-prinċipji Laburisti fosthom dak li jagħmel is-sewwa u l-ħaqq ma min l-aktar għandu bżonn. Sostna li s-suċċess ta’ partit politiku ma jitkejjilx biss b’kemm tirbaħ elezzjonijiet, iżda b’kif tiggverna bejn rebħa u oħra. 
B’referenza għall-liġi tal-IVF, Chris Fearne sostna li l-Gvern qed juri li jħaddan il-prinċipju favur il-ħajja, għax qal li bil-liġi l-ġdida se jkun hawn aktar embrijuni li jwasslu għal tqala.