​Il-kelma “Għawdex” l-aktar imfittxija mit-Taljani fuq Google

Il-kelma “Gozo” hija l-iktar kelma li jfittxu dwarha t-Taljani meta jiġu biex jippjanaw il-vaganza tagħhom.
Statistika li turi l-aktar kliem imfittex fuq Google mit-Taljani, turi li “Għawdex” hija l-aktar kelma popolari meta persuna tkun qed tippjana vaganza.
“Għawdex” hija aktar popolari mill-kelma “Malta”, forsi minħabba li fl-Italja għad ma hemmx daqstant għarfien dwar il-prodott turistiku li joffri Għawdex.
Il-mutur tar-riċerka Taljan illigo.com jgħid li l-fatturi li wasslu għal dan jinkludu l-klima t’Għawdex, il-bajjiet sbieħ li toffri, l-mod kif jintlaqgħu it-turisti li jżuru din il-gżira, il-wirt artistiku kif ukoll il-viċinanza ġeografika tal-Italja.