“Il-kelba lura magħna; ġiet wara l-bieb fil-5am”

Iż-żagħżugħ li appella għall-għajnuna tal-pubbliku wara li lbieraħ serqulu l-kelba tal-familja dalgħodu qam fil-5am wara li sema’ lill-kelba tobrox mal-bieb ta’ barra.

Ma’ Newsbook.com.mt, iż-żagħżugħ qal li min serqilhom il-kelba li kien ilha fil-familja għal 15-il sena tant beża’ mill-messaġġi fuq il-midja soċjali li ddeċieda li jħarrabha.

Sidha kien stqarr li jekk ma tinstabx il-kelba setgħet tmut b’qalb maqsuma.