Il-kelb tad-Dwana Peter iwassal għas-sejba ta’ €16,500 mhux iddikjarati

Miguela Xuereb

Read in English.

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jiskopri €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Id-Dwana ħabbret illi waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se jsiefru, it-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus għamlet din l-iskoperta wara li l-kelb tat-Taqsima, Peter, indikalhom li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha.

Meta ġie mistoqsi, il-passiġġier qal li kellu fuqu €5,000. L-uffiċjali ssuspettaw li l-passiġġier kien qed jigdeb u fittxew fl-affarijiet tiegħu. Hemm sabu €16,540.

Il-passiġġier qabel li jintlaħaq qbil barra mill-qorti u jingħata multa skont il-liġi.