Il-kelb tad-dwana b’sejba ta’ €23,000 mhux iddikjarati fl-ajruport

Miguela Xuereb

Read in English.

Id-Dipartiment tad-Dwana qal li Peter li huwa wieħed mill-klieb tagħhom għamel sejba ta’ madwar €23,000 ta’ flus mhux iddikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija d-Dwana spjegat li s-sejba ta’ €22,800 nstabet waqt tfittxijiet ta’ rutina. Il-passiġġier kien se jitlaq minn Malta lejn Istanbul.

Il-passiġġier kien qed jistenna li l-passiġġieri jibdew jitilgħu abbord it-titjira meta Peter, il-kelb tad-dwana, irreaġixxa għall-ħwejjeġ tal-passiġġier. Il-passiġġier kien eskortat lejn l-uffiċċju tad-dwana fl-ajruport fejn instabu fuqu l-flus.

Il-passiġġier weħel multa skont il-liġi.