Il-kelb Spice lura fil-Qorti wara lmenti mill-ġirien

Mara ta’ 54 sena minn Birkirkara, li hija s-sid tal-kelb Spice reġgħet tressqet il-Qorti minħabba l-kelb wara li ġar qed isostni li tħalla jdur fil-komun tal-blokka appartamenti.
Il-ġar qed isostni li fit-2 ta’ April li għadda, l-kelb tħalla jiġri waħdu.
Fil-Qorti ntqal li l-ġirien jibżgħu minn Spice għaliex huwa kelb kbir u ħadd fil-blokka ma għandu permess biex iżomm annimal.
F’Settembru li għadda, is-sidien ta’ Spice, il-mara u żewġha li jbati mill-multiple sclerosis, kienu nħellsu mill-akkużi mressqa mill-ġirien li l-kelb kien qed jitħalla jinbaħ u jħammeġ.
Il-każ se jkompli fid-29 ta’ April li ġej.