Il-KE twissi lill-Greċja li trid tħallas id-dejn mal-pajjiżi Ewropej l-oħra

Il-Kummissjoni Ewropea mhix qed tbiddel il-pożizzjoni tagħha fil-konfront tal-Greċja u qed issostni li dak kollu li ġie miftiehem minn Gvern preċedenti għandu jiġi rispettat.
Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Katainen qal li l-Unjoni tinsab lesta li tidħol fi djalogu mal-Gvern ġdid Grieg ta’ Tsipras iżda l-elezzjoni m’għandhix tbiddel is-sitwazzjoni ekonomika.
Kaitanen saħaq li biex jissolvew il-problemi ta’ Ateni m’hemmx xi triq tan-nofs.
Qal li l-Kummissjoni Ewropea u l-Grupp tal-Ewro jridu li jsaħħu l-istabbilità u mhux idaħħlu l-instabbilità fost il-pajjiżi membri.