Il-KE twissi dwar in-nuqqas ta’ ftehim bejn aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea jidhrilha li hemm medda ta’ aġenziji f’Malta ta’ kontra l-korruzzjoni, iżda hi fframmentati, jiġifieri dawn l-aġenziji mhux dejjem jaħdmu flimkien, jew isibu sfidi oħra.
Dan qalitu fil-Country Report, li l-KE toħroġ kull sena dwar kull pajjiż, li prattikament qisu analiżi ddettaljata ta’ kull settur f’Malta, mill-finanzi, sal-akkomodazzjoni soċjali u l-edukazzjoni għan-nisa.
Dwar is-sistema ġudizzjarja, fil-parti meta l-KE titkellem dwar l-aġenziji li jittrattaw allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, intqal li hemm wisq aġenziji, li madankollu entità waħda biss tista’ tmexxi bl-investigazzjonijiet kriminali, jiġifieri l-Pulizija.
Dwar l-aġenziji l-oħra, ir-rapport isemmi lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Kummissjoni u d-Dipartiment għall-Awditjar u l-Investigazzjonijiet Interni.
Żiedet tgħid li mbagħad il-prosekuzzjoni tista’ tkun ikkordinata mill-Avukat Ġenerali u l-Pulizija. Filwaqt li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali jintgħażlu mill-Gvern, il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni twassal is-sejbiet tagħha lill-Gvern.
Barra minn hekk irrimarkat li hemm organizzazzjonijiet oħra li jipproċessaw informazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, iżda bosta drabi ltaqgħu ma’ sfidi waqt it-tiftix tagħhom minħabba nuqqas ta’ għodda, qawwa jew riżorsi.
Il-KE ppuntat sebagħha wkoll lejn in-nuqqas ta’ proċeduri stabbiliti li jassiguraw trattament indipendenti tal-każijiet ta’ korruzzjoni, li jistgħu jwasslu għal inkonsistenzi fil-mod kif jiġu mmaniġġjati l-allegazzjonijiet.
Il-Country Report jikkwota l-Ewrobarometru li ħareġ ftit jiem ilu, li jindika li l-poplu hu mħasseb bil-korruzzjoni u l-pjaċiri fl-ogħla istituzzjonijiet.
Fuq nota aktar pożittiva…
Sadanittant, ir-rapport ifaħħar il-programm ta’ riformi fil-ġudikatura, li qed ikompli miexi. Isemmi r-riformi fil-liġijiet ċivili, kummerċjali u amministrattivi, li qed jassiguraw effiċjenza u kwalità fis-sistema kollha.
Partikularment isemmi d-direttiva tal-2016 dwar il-ħatra tal-imħallfin u l-maġistrati.
Dawn ir-riformi wasslu biex żewġ partijiet mil-leġiżlazzjoni jiġu addottati, li jimmiraw biex inaqqsu milli jinġemgħu l-każijiet, ix-xogħol ikun aktar speċjalizzat, iċ-ċans ta’ falliment, u jtejbu l-proċeduri legali u l-komunikazzjoni.
Il-KE ttemm din is-sezzjoni billi tirreferi għal inizjattivi li se jtejbu s-settur modern tal-e-justice, jew bil-Malti ġustizzje.
Fosthom il-MY CASE, li jagħti ċ-ċans lill-avukati u l-klijenti jaraw kif inhu għddej il-każ tagħhom onlajn, dak il-ħin stess bl-aħħar aġġornamenti.
Aqra r-rapport sħiħ bl-Ingliż minn hawn taħt.