Il-KE trid tiltaqa’ mal-Microsoft dwar it-tkeċċija t’għadd kbir ta’ ħaddiema

Il-Kummissarju Ewropew László Andor ħabbar li talab lill-kumpanija Microsoft biex jiltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-kumpanija biex tipprovdilhom informazzjoni dwar l-għadd kbir ta’ ħaddiema li Microsoft qed tippjana li tkeċċi.
Microsoft illum ħabbret li se tnaqqas 18,000 impjieg minn diversi pajjizi. Numru sostanzjali ta’ ħaddiema huma mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Ungerija u l-Finlandja, fejn tnehdiet il-kumpanija Nokia.
Microsoft ilbieraħ introduċiet ir-right to be forgotten fuq Bing, sistema ġdida fejn individwu jista’ jagħżel li jitneħħa mis-sit u ma tibqax tidher informazzjoni dwaru. Qalet li trid issir iktar viċin il-mowbajls u s-sistema tal-cloud computing.