Il-KE tirringrazzja lil Prof. Gauci

Il-Kummissjoni Ewropea rringrazzjat lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika talli ngħaqdet mar-rispons dinji għall-coronavirus.

F’filmat imxerred fuq Twitter, Prof. Gauci tgħid li biex issir il-battalja kontra dan il-virus, jeħtieġ li jkun hemm kollaborazzjoni bejn pajjiżi differenti għar-riċerka u għall-investiment. Hija qalet li t-tmiem għal din il-pandemija jintlaħaq meta jinstab vaċċin, vaċċin li jitqassam lil kulħadd b’mod ekwu.

Kien għall-ħtieġa ta’ din il-kollaborazzjoni li Prof. Gauci għażlet li tingħaqad fir-rispons dinji kontra din l-imxija.

It-tim għar-rispons dinji twaqqaf mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, sabiex l-Ewropa tirrispondi għall-pandemija f’daqqa, b’politika kordinata. Bħala parti minn dan ir-rispons, il-Kummissjoni allokat €50 miljun f’għajnuna umanitarja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn