Il-KE tippubblika l-abbozz legali tat-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-abbozz legali tal-ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti magħruf bħala TTIP.
Din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni ppubblikat dokumenti ta’ ftehim qabel ma jidħol fis-seħħ.
Il-Kummissarju Ewropew, Cecilia Malmstrom qalet li dan huwa pass importanti li juri kif il-Kummissjoni trid tkun trasparenti.
L-abbozz fih tmien sezzjonijiet dwar il-kompetizzjoni, l-ikel, is-sigurtà, is-saħħa tal-annimali u l-kwistjonijiet Governattivi.