Il-KE tipproponi riformi għas-sistema tal-ażil

Hekk kif l-aġenzija Frontex reġgħet ħarġet twissija biex pajjiżi fl-UE joqgħodu attenti għal terroristi fost l-immigranti, u rreferiet għall-attakki ta' Pariġi, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi riformi għas-sistema tal-ażil għal min jingħata status ta’ refuġjat.
L-alternattiva proposta ġiet deskritta bħala waħda iktar umana u effiċjenti, sostenibbli b’regoli komuni, bi qsim ġust tar-responsabiltajiet u kanali siguri għal min verament jeħtieġ il-ħarsien.
Fost l-oħrajn, tipproponi li titneħħa r-regola li immigranti jridu jitolbu l-ażil fl-ewwel pajjiż sigur li jidħlu fih.
Is-sena li għaddiet, f’pajjiżi tal-UE daħlu iktar minn 1,100,000 immigrant, l-iktar mis-Sirja u minn pajjiżi milquta mill-gwerra. Numru sostanzjali daħlu mill-gżejjer Griegi.