‘Il-KE tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri kollha’ – Muscat

Il-Mexxej tal-Partit Laburista saħaq li l-Kummissjoni Ewropea toħroġ rapport ġenerali u rapport speċifiku għal kull stat membru tal-Unjoni Ewropea. Sostna li filwaqt qabel Malta kien ikollha madwar sitt rakkomadazzjonijiet, din sar ikollha tlieta. Huwa kien qed jiġi intervistat fuq il-midja tal-Partit Laburista, f’intervista li ġiet irrekordjata s-Sibt u mxandra l-Ħadd filgħodu.

AQRA: L-investiment fl-edukazzjoni mhux rifless fir-riżultat – KE

Fil-ftuħ tal-intervista huwa tkellem dwar it-tiġrif ta’ binja fil-Mellieħa.

AQRA: Filmat: Sakemm jispiċċaw l-investigazzjonijiet hemm bżonn jittieħdu xi miżuri – Muscat

Waqt li ġie mistoqsi fuq ir-rapport maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, Muscat spjega li Malta tista’ targumenta kontra r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-konfront tagħha. Bħala eżempju huwa tkellem dwar il-mekkaniżmu tal-għoli tal-ħajja, jew il-COLA. Semma kif l-esperti tal-KE kienu kontra dal-mekkaniżmu iżda Gvernijiet kemm immexxiha mill-Partit Nazzjonalista u kemm mill-Partit Laburista argumentaw kontra r-rakkomandazzjoni mressqa mill-KE.

Muscat tkellem li waħda mir-rakkomandazzjonijiet hi fuq is-sistema ta’ taxxa. Sostna li għall-kuntrarju li ħafna jaħsbu, rakkomandazzjonijiet simili saru lil stati membri oħra bħal Ċipru, il-Lussemburgu, l-Olanda fost oħrajn.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista ġie mistoqsi wkoll dwar miżura ġdida li daħlet fis-seħħ dal-aħħar dwar it-taxxa separata.

AQRA: Il-koppji issa jistgħu jimlew it-taxxa separatament

Huwa ddeskriva li din kienet pastażata kbira u li sema’ diversi skużi għalfejn ma għandiex tinbidel, iżda saħaq li kien hemm ir-rieda politika biex din is-sistema tinbidel filwaqt li ġab eżempji li jeżistu diversi forom ta’ familji differenti. Muscat fakkar li ġie fi tmiemu wkoll il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar ir-rappreżentanza iktar ugwali fil-parlament. Sostna li se jkunu qed janilizzaw il-ħsibijiet li rċevew biex b’hekk ikun hemm bidla fis-sistema ta’ rappreżentazzjoni fil-Parlament.