Il-KE b’rakkomandazzjoni fuq il-logħob onlajn

Il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjonijiet dwar is-servizzi tal-logħob onlajn u tħeġġeġ lill-pajjiżi membri biex isegwu livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi.
L-għan huwa li tonqos il-ħsara ekonomika jew patoloġika li tista’ tirriżulta mil-logħob eċċessiv.
Fost l-oħrajn, dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu li siti elettroniċi għandu jkollhom rekwiżiti bażiċi biex il-konsumaturi jifhmu r-riskji marbuta mal-logħob.
Għandu jiġi żgurat li t-tfal ma jkunux jistgħu jilgħabu onlajn, il-parteċipanti irid ikunu jistgħu iċemplu linja ta’ għajnuna u r-reklamar ta’ dawn is-siti għandhom ikunu aktar soċjalment responsabbli.
Il-Kummissarju Michel Barnier qal li dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma parti minn pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-logħob onlajn sabiex jiġu mħarsa l-Ewropej kollha b’mod speċjali t-tfal.
Ir-rakkomandazzjonijiet jistabbilixxu għadd ta’ prinċipji biex jiġu adottati fir-regolamenti tal-pajjiżi membri.