​Il-kbar ma jiltaqgħux fil-kwarti tal-finali tat-Trophy

Ftit tal-ħinu ttellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali tat-trophy, fejn it-timijiet il-kbar tal-kampjonat Premier ma ġewx kontra xulxin.
Sirens li wettqu kwalifikazzjoni storika se jilagħbu kontra Qormi.
Valletta li huma l-ħolders preżenti se jilagħbu kontra l-Mosta.
Pietà Hotspurs ġew kontra Birkirkara u Balzan ma’ Hibernians.
Il-logħob se jintlagħab bejn it-13 u l-14 ta’ Frar, fl-Istejdjum Nazzjonali u fil-Hibs Ground ta’ Kordin.
L-ordni tal-logħob għad trid tiġi mħabbra.