Filmat: Il-kbar għandhom jitgħallmu iktar xi tfisser – omm tifla bl-awtiżmu

Il-programm Follow Up fuq RTK 103FM tal-lum il-Ħamis 1 ta' Frar se jsegwi diversi temi interessanti u relevanti fil-ħajja ta' kuljum fosthom it-trobbija tat-tfal speċjalment meta jkollom xi kundizzjoni bħall-awtiżmu. Ma' Newsbook.com.mt u RTK 103FM, titkellem omm li għandha tifla bl-awtiżmu.
Din temmen li l-kbar għandhom jitgħallmu iktar xi jfisser li tifel jew tifla jkollhom l-awtiżmu. Se nitkellmu wkoll dwar is-servizzi li tuża tal-Inspire, affarijiet li l-iskola ma toffrix, bħall-kura speċjalizzata.
U fuq kollox, xi tfisser li tkun autistic? Veru li hemm spectrum varjat u mhux kollox jgħodd għall-istess persuna?
Segwi LIVE hawn: