Il-Każin Banda San Filep fost 37 proġett li jieħdu fondi minn LEADER

Mill-programm LEADER tal-Unjoni Ewropea, fl-aħħar snin saru 37 proġett fi 33 lokalità li jaqgħu taħt il-Grupp t’Azzjoni Lokali tal-Majjistral u tax-Xlokk ta’ Malta.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal dan fl-inawgurazzjoni mill-ġdid ta’ sala fil-Każin Banda San Filep, f’Ħaż-Żebbuġ, li ħadet €91,000 permezz tal-programm LEADER.
B’dawn il-fondi, il-każin irrestawra s-sala fil-binja storika tiegħu minn fejn se jkompli jorganizza għadd ta’ attivitajiet kulturali għall-komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ u tal-irħula ta’ madwar.
Ian Borg fakkar kif fil-qrib se joħorġu iktar sejħiet mill-programm LEADER, li qed jara żieda wkoll fl-allokazzjoni ta’ fondi.