“Il-każijiet urġenti biex anzjani jidħlu f’San Vinċenz ġew indirizzati”

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li l-każijiet urġenti biex anzjani jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul ġew indirizzati tant li ma fadal l-ebda każ urġenti pendenti.
Qalet li huma biss il-persuni b’livell ta’ dipendenza għolja li ser jiddaħħlu f’din ir-residenza.
Justyne Caruana qalet li kull talba hija importanti u urġenti għall-individwu u għalhekk qed issir ħidma biex jiżdiedu s-sodod fil-faċilità ta’ kura fit-tul.
Intqal ukoll li qed issir ħidma biex jiżdiedu s-servizzi fil-kommunità, bħas-servizz tal-meals on wheels, abbażi tat-tender il-ġdid li se jibda’ dalwaqt.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li l-Gvern għaddej bi proċess ta’ rebranding tar-residenza San Vinċenz de Paul, b’enfasi fuq servizzi adattati u ta’ kwalità li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ persuni ta’ dipendenza għolja.
Qalet ukoll li l-Unjoni Ewropea diġa allokat €330,000 għat-taħriġ fuq il-kura tal-anzjani.
 
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo