Il-każijiet u l-clusters fi Franza jkomplu jiżdiedu

REUTERS/Gonzalo Fuentes

L-awtoritajiet tas-saħħa fi Franza rrappurtaw 7,852 każ ġdid ta’ COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, meta mqabbla mas-6,158 infezzjoni ġdida rappurtati nhar it-Tnejn.

Fl-aġġornament ta’ kuljum fuq is-sit ta’ l-internet tiegħu, il-Ministeru tas-Saħħa Franċiż irraporta wkoll li dawk li daħlu l-isptar minħabba COVID-19 matul dawn l-aħħar sebat ijiem kien żdied għal 2,713 meta mqabbel ma’ l-2,561 rappurtati t-Tnejn.

Dawn kienu jinkludu 479 li daħlu f’kura intensiva matul dawn l-aħħar sebat ijiem, imqabbla ma’ l-448 rappurtati t-Tnejn.

L-għadd ta’ persuni fi Franza li mietu bil-COVID-19 żdied b’37 għal 30,999. L-għadd kumulattiv ta’ każijiet issa laħħaq it-395,104.

B’kollox qed ikunu investigati 866 cluster, 68 minnhom li żdiedu matul dawn l-aħħar 24 siegħa.