Il-każijiet globali tal-coronavirus qabżu l-50 miljun. Dan skont it-tracker tal-Università ta’ Johns Hopkins li fiha ntqal li ġew irrappurtati total ta’ 50,052,204 infezzjonijiet.
Il-pajjiżi bl-ogħla ċifri ta’ infezzjonijiet huma:
- L-Istati Uniti b’9,879,323,
- l-Indja bi 8,507,754,
- il-Brażil b’5,653,561,
- ir-Russja b’1,760,420 u
- Franza b’1,709,773.
Skont l-istess ċentru ta’ riċerka l-ogħla għadd ta’ imwiet ġew irreġistrati:
- fl-Istati Uniti bi 237,192 imwiet, segwiti
- mill-Brażil (162,269 imwiet),
- l-Indja (126,121 imwiet),
- il-Messiku (94,808 imwiet) u
- r-Renju Unit (49,134 imwiet)
- L-Italja rreġistrat 41,394 mewt sal-lum.
Reuters ikkalkulat li Ottubru kien l-agħar xahar tal-pandemija tal-koronavirus s’issa. It-tieni mewġa fl-aħħar 30 jum kienet tammonta għal kwart tal-każijiet kollha.