Il-każijiet tal-coronavirus madwar id-dinja jilħaq 27 miljun

REUTERS/Danish Siddiqui

Read in English.

Il-każijiet ta’ coronavirus madwar id-dinja laħaq is-27 miljun hekk kif fl-Indja, l-għadd ta’ infezzjonijiet ta’ coronavirus qabżu l-4.2 miljun nhar it-Tnejn biex issa, l-Indja qabeż lill-Brażil u sar il-pajjiż bit-tieni l-ogħla għadd ta’ każijiet. 

Filwaqt li t-Tnejn l-Indja irreġistra rekord ta’ 90,802 każ f’jum wieħed, il-pajjiż għandu wkoll l-ogħla rata ta’ żieda fil-każijiet. L-Istati Uniti, b’iżjed minn 6 miljun każ, jibqa’ l-iżjed pajjiż affettwat.

Ir-rata ta’ mwiet fl-Indja, s’issa kienet baqgħet baxxa, għaldaqstant matul dawn l-aħħar ħames snin kienu reġistrati iżjed minn 1,000 mewta kuljum. Nhar it-Tnejn, il-ministeru tas-saħħa Indjan qal li 1,016 persuna mietu bil-COVID-19, biex b’hekk, it-total ta’ mwiet issa huwa ta’ 71,642. 

Ir-Russja rrappurtat 5,185 każ ġdid ta’ coronavirus nhar it-Tnejn biex s’issa, it-total ta’ każijiet ilaħħaq il-1,030,690, ir-raba’ l-akbar għadd fid-dinja.

Fil-Ġermanja mbagħad, l-għadd ta’ każijiet konfermati ta’ coronavirus żdiedu b’814 għal 250,799, skond informazzjoni maħruġa nhar it-Tnejn mir-Robert Koch Institute (RKI) għall-mard infettuż.

Iżjed minn 200 membru ta’ l-istaff tal-Ġnus Magħquda spiċċaw infettati bil-COVID-19 fis-Sirja hekk kif l-organiżżazzjoni globali qed tkompli ssaħħaħ il-pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex tiġġieled il-firxa tal-pandemija fil-pajjiż, skond ħaddiema mediċi u uffiċjali tal-Ġnus Magħquda.

F’ittra mibgħuta lill-ħaddiema, il-koordinatur tal-Ġnus Magħquda ibbażat fis-Sirja Imran Riza, nhar it-Tlieta qal lill-kapijiet ta’ l-aġenziji tal-Ġnus Magħquda li l-organiżżazzjoni kienet fil-proċess finali li takkwista faċilità medika fejn jistgħu ikunu trattati l-każijiet. 

“Iżjed minn mitejn każ kienu rappurtati fost il-ħaddiema tal-Ġnus Magħquda, fejn uħud minnhom saħansitra kellhom jittieħdu l-isptar u tlieta oħra kellhom jiġu evakwati,” qal l-uffiċjal għoli tal-Ġnus Magħquda fl-ittra li ntbagħtet lil Reuters minn wieħed mill-ħaddiema infettati.

Il-Ġnus Magħquda esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-mod kif il-coronavirus qed tinfirex f’pajjiż fejn l-infrastruttura tas-saħħa tkissret bil-gwerra u l-provvisti mediċi huma limitati.