Il-każijiet tal-coronavirus madwar id-dinja jaqbżu l-25 miljun

REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

Aktar minn 25 miljun persuna madwar id-dinja mardu bil-coronavirus, skont Johns Hopkins University, li tieħu ħsieb tanalizza l-każijiet madwar id-dinja.

L-għadd ta’ każijiet madwar id-dinja huwa ta’ 25,0009,250, filwaqt li mietu 842,702 persuna.

Fejn kien hemm l-aktar każijiet?

  • L-Istati Uniti: 5,961,582 
  • Il-Brażil: 3,846,153 
  • L-Indja: 3,542,733
  • Ir-Russja: 982,573 
  • Il-Perù: 639,435

L-Indja rrappurtat l-ogħla numru ta’ każijiet f’ġurnata, u b’hekk qabżet ir-rekord li kellha l-Istati Uniti f’Lulju.

U l-aktar imwiet?

  • L-Istati Uniti: 182,779
  • Il-Brażil: 120,262
  • Il-Messiku: 63,819
  • L-Indja: 63,498
  • Ir-Renju Unit: 41,585

U fejn fiequ l-aktar nies?

  • Il-Brażil: 3,202,185 
  • L-Indja: 2,713,933 
  • L-Istati Uniti: 2,140,614 
  • Ir-Russja: 802,365 
  • L-Afrika t’Isfel: 536,694 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn