Il-każijiet magħrufa ta’ coronavirus jaqbżu s-7 miljuni

REUTERS/Adnan Abidi

Sat-Tnejn 8 ta’ Ġunju, l-għadd konfermat ta’ każijiet ta’ coronavirus madwar id-dinja kollha kien magħruf li qabeż is-7 miljuni, skond riċerkaturi fl-Università Johns Hopkins li jistħarrġu informazzjoni uffiċjali maħruġa milll-Gvern.

Bħalissa, iċ-ċifra eżatta fil-fatt hija dik ta’ 7,006,436.

Ta’ l-inqas 402,699 persuna tilfu ħajjithom matul dawn l-aħħar sitt xhur kemm ilha li faqqgħet il-pandemija.

L-Istati Uniti huwa l-iżjed pajjiż li ntlaqat ħażin b’1,940,468 każ konfermat u b’iżjed minn kwart ta’ l-imwiet kollha: 110,503. Hemm 15-il pajjiż b’iżjed minn 100,000 każ konfermat.

Iċ-ċifri attwali ta’ każijiet u mwiet probabbilment huma ogħla minn hekk, minħabba fatturi differenti fosthom ir-rata ta’ testing, definizzjonijiet tas-sintomi, differenzi fiż-żmien u nuqqas ta’ rappurtaġġ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn