Il-każijiet fl-Istati Uniti jilħqu livelli rekord

Il-każijiet tal-Covid-19 fl-Istati Uniti leħqu numru rekord ilbieraħ hekk kif l-aħħar ċifri ppublikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa juru li f’ġurnata waħda biss ġew irreġistrati 83,010 każijiet ġodda.

Is-Surgeon General fl-Istati Uniti Jerome Adams wissa’ li n-numru ta’ persuni rikoverati l-isptar żdiedu iżda l-mortalità naqset hekk kif in-nies qed jieħdu ħsieb saħħithom b’mod aħjar.

Din l-aħbar wasslet wara li l-kumpaniji ġganti tal-farmaċewtika AstraZeneca u Johnson&Johnson komplew bl-ittestjar tagħhom fl-Istati Uniti wara li ngħataw permess mill-awtoritajiet Amerikani.

L-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa l-WHO wisset li l-emisfera tat-Tramuntana wasslu f’punt kruċjali ħafna.