Il-każijiet attivi jinżlu għal 11

Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li fl-aħħar 24 siegħa ma nstab li kien hemm l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus filwaqt li persuna waħda fieqet. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 11-il każ.

Illum ukoll ġew irreġistrati 771 Swab Test filwaqt li mat-total ta’ Swab Tests li saru żdiedu 2,040 Swab Test li kienu saru qabel Marzu. B’hekk it-total ta’ Swab Tests li saru f’Malta u f’Għawdex għall-coronavirus qabeż il-100,000 test.