Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 133 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 95 persuna oħra. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,355 swab test li saru.
Għalhekk, issa f’Malta hawn 2,360 każ attiv tal-coronavirus.

Ilbieraħ instabu 184 każi. Minn dawn kien hemm:
- 46 każ ta’ persuni li kellhom lil xi ħadd fil-familja bil-virus
- 19-il każ minn fuq postijiet tax-xogħol
- 8 każi ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
- 13-il każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni bil-virus
L-oriġini ta’ 98 każ għadha ma nstabitx.