Il-każi ta’ pick-pocketing f’Malta jonqsu b’4 darbiet

Il-Pulizija rnexxielha tnaqqas b’erba’ darbiet il-każijiet ta’ pickpocketing. Din l-istatistika toħroġ minn mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.  

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li l-każijiet ta’ pick pocketing fl-2019 kienu ta’ 456 iżda n-numru ta’ każijiet naqas drastikament f’dawn l-aħħar  tlett snin.

Il-każijiet rrappurtati fl-aħħar snin kienu:

2016 – 2,447 każ

2017 – 2,144 każ

2018 – 1,149 każ