Il-każi attivi ta’ Covid-19 jaqbżu l-2,000

woman-wearing-face-mask-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 153 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 89 persuna.

B’hekk, skont l-aħħar bulletin fuq l-imxija tal-pandemija, hemm 2,041 każ attiv ta’ Covid-19 magħruf: l-ewwel darba li n-numru qabeż l-2,000.

OFFICIAL COVID-19 figures for 10•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, November 10, 2020

Il-każi l-ġodda ġew ikkonfermati permezz ta’ 3,296 swab test: s’issa saru 367,545 minn dawn it-testijiet f’Malta.

Mill-bidu tal-pandemija, kien hemm 7,396 każ magħruf tal-Covid-19 f’Malta. Filwaqt li fiequ 5,274 persuna, il-pandemija kkawżat ukoll 81 mewt.

73 mill-102 każ tal-bieraħ sporadiku

Skont l-aħħar aġġornament fuq contact tracing, li jirrigwarda l-każi li ġew irrapurtati ilbieraħ, l-awtoritajiet tas-saħħa irnexxielhom jintraċċaw 29 każ.

  • 15-il każ kien ta’ qraba ta’ pazjenti magħrufa
  • 2 każi kienu ta’ kollegi
  • 6 każi kienu ta’ kuntatti diretti oħrajn
  • 2 każi kienu f’attivitajiet soċjali ma’ pazjenti magħrufa
  • 4 każi ġew minn barra minn Malta

B’hekk, kważi tlett kwarti tal-każi – 73 każ – għadhom meqjusa sporadiċi.