Il-każi attivi f’Malta jinżlu għal 37

Miguela Xuereb

Read in English.

It-total ta’ każi attivi tal-coronavirus preżenti huwa dak ta’ 37. Dan ħareġ permezz ta’ infografika mill-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu.

Matul il-jum tal-bieraħ, ma nstab l-ebda każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ total ta’ 14-il persuna.

Din is-sejba kienet riżultat ta’ total ta’ 892 swab test li saru matul il-jum fiċ-ċentri tal-iswabbing madwar Malta u Għawdex. S’issa saru total ta’ 72,615 swab test minn meta feġġ il-virus fil-pajjiż.

S’issa b’kollox fiqu total ta’ 576 persuna, filwaqt li kien hawn disa’ mewtiet fil-pajjiż b’rabta mal-virus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 04•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Thursday, June 4, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn