Il-każ tal-aħwa Farrugia se jerġa’ jibda mill-bidu

Il-każ kontra l-aħwa tan-negozjant taż-żejt George Farrugia se jkollu jibda mill-bidu wara li ma riedux jeżentaw lill-Maġistrat Neville Camilleri, li ħa f’idejh il-każ, milli jerġa’ jisma x-xhieda li diġà ngħatat lil Maġistrat Miriam Hayman, li nħatret Imħallef.
L-aħwa Farrugia jinsabu akkużati li kienu kompli fit-tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi sabiex jakkwistaw kuntratti taż-żejt għall-Enemalta.
Jinsabu akkużati wkoll li kienu jafu li ħuhom kien qed ixaħħam għar-rebħ tat-tenders.
Huma qed jiċħdu l-akkużi mressqa kontrihom.
Il-Maġistrat Camilleri qed jitlob lid-difiża biex tagħti spjegazzjoni għaliex qed tirrifjuta li jingħata l-eżenzjoni.
Il-każ se jkompli x-xahar id-dieħel.