“Il-każ ta’ Hurgin hu qadim 3 snin; il-Gvern jaġixxi fuq sentenza”

Luke Zerafa

Read in English.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li  l-Gvern ma jistax jirrevoka ċ-ċittadinanza ta’ persuna akkużata fil-Qorti sakemm ma tinstabx ħatja.

Hi saħqet li l-Programm taċ-Ċittadinanza huwa wieħed serju u tittieħed azzjoni meta jkun hemm provi ta’ mġieba ħażina. Farrugia Portelli kien qed jirrispondi lid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li fil-parlament semma’ tal-inqas ħames persuni li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija permezz tal-programm ta’ Investment u li qed jiġu nvestigati internazzjonalment fuq ħasil ta’ flus jew frodi.

Farrugia Portelli qalet li l-Gvern ma jħarisx lejn uċuh u bħalissa għaddejja investigazzjoni fuq 19 -il persuna suspettati li ħadu ċ-ċittadinanza permezz ta’ żwieġ ta’ konvenjenza.

Hi qalet li tlieta biss huma marbuta mal-Programm ta’ Investiment. “Bħalissa għaddejja inkjesta u dawn il-persuni qed jintalbu li jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom ċar, jew inkella neħdulhom iċ-ċittadinanza jekk jinstab li għarrqu b’ċittadini Maltin biex jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija,” he spjegat.

Farrugia Portelli qalet li mhux l-istess jista’ jingħad għal żmien l-Amminstrazzjoni  Nazzjonalista fejn l-ex Ministru Tonio Borg fl-2011 kien bagħat rakkomandazzjoni biex tittieħed azzjoni kontra persuni ħatja ta’ żwieġ ta’ konvenjenza iżda azzjoni ma ttieħdetx mill-uffiċjali tal-Gvern.

Dwar l-każ ta’ Anatoly Hurgin, Farrugia Portelli qalet li minkejja li Aquilina ta l-impressjoni li qed jaġixxi ta’ Sherlock Holmes, dan hu każ magħruf tliet snin.  Hija qalet li l-karti li poġġa fuq il-medja tal-parlament kixfu li s-sors tiegħu ġej mill-kummissjoni elettorali. Is-Segretarju Parlamentari saħqet li hija prassi normali li meta wieħed jingħata ċ-ċittadinanza taħt kwalunkwe ċirkustanza, jingħata l-għażla li jkun jista’ jivvota fl-elezzjonijiet.