Il-kawżi fil-Qorti t’Għawdex jinsabu fil-limbu – Said

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said appella lill-Gvern biex jieħdu l-passi neċessarji biex jinħatru l-maġistrati sedenti f’Għawdex wara l-irtirat tal-maġistrat Paul Coppini.

Post il-Magistrat Paul Coppini jinqasam bejn Tnejn


Meta kien qed jitkellem waqt il-ħin tal-aġġornament, Said qal li l-kawżi tiegħu ġew diveriti mingħajr d-data u waqgħu fil-limbu. Huwa qal li l-bini tal-Qorti mhux aċċessibbli waqt li l-Ministru Justyne Caruana abbandunat l-pjanijiet tal-predeċessur tagħha u bl-ebda vot fil-baġit għas-sena d-dieħla.

Said qal li waqt li din il-ġimgħa l-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jinawgura l-iskola medika ta’ Barts, minkejja li l-iskola nbniet mis-€70 miljun li ngħataw mill-Gvern, l-Malta Enterprise se tkun qed tħallas €1.5 miljun lill-istess Barts bħal kirja. Aktar minn hekk, Child Development Centre li nbena bi flus ta’ ECO-Għawdex ingħata lil Vitals biex jintuża’ bħala store issa sar parti mill-iskola ta’ Barts.

Id-deputat Nazzjonalista qal li t-Turiżmu jagħmel 50 fil-mija tal-Gross Prodott Domestiku Għawdxi, darbtejn u nofs iktar mill-GPD ta’ Malta. Minkejja dan, il-Gvern irid jagħlaq l-fergħa tal-ITS f’Għawdex.

Huwa qal li operaturi tas-Scuba Diving f’Għawdex raw tnaqqis ta’ bejn 25 u 30 fil-mija wara li l-istess operaturi stqarrew li l-ħut fil-baħar naqas minħabba abbużi u nuqqas ta’ infurzar.

Huwa qal li t-tisbiħ tal-bajja ta’ Xlendi baqa’ fuq l-ixkaffa waqt li l-bajja ta’ San Blas meqjusa minn ħafna bħala l-isbaħ bajja f’Għawdex se jinqered b’mod naturali u mhu qed isir xejn biex tiġi salvata.