Filmat: Il-Kavallieri lesti biex jidħlu l-Imdina

Il-Medieval Mdina Festival, avveniment annwali, li din is-sena jagħlaq l-10 anniversarju, se jsir fil-5 u s-6 ta’ Mejju.
Is-Sindku tal-Imdina, Peter Sant Manduca qal li qed isiru l-aћћar preparamenti minn bosta gruppi Maltin ta’ reenactors biex dakinhar l-Imdina tkun tista’ tiċċelebra l-patrimonju medjevali tagћha.
Waqt konferenza għall-midja fil-Casino Notabile fir-Rabat, Peter Sant Manduca semma u radd ħajr lil bosta gruppi storiċi li mingħajr ix-xogħol tagħhom, festa bħal din ma tkunx tista' ssir. Dawn il-gruppi kollha jaћdmu biex, b’xi mod jew ieћor, jirrappreżentaw il-perjodu twil tal-Medjuevu, semma s-Sindku. 
Is-Sindku qal li f’kull pjazza, waqt il-festival, se jkun hemm xi attrazzjoni jew attività. Janimaw dan il-festival se jkun hemm ukoll gruppi barranin fosthom l-isbandieratori minn San Marino. Gћal dan l-avveniment se jkun hemm is-servizz tal-Park and Ride minn Triq Infetti sal-bieb tal-Imdina.
Gћall-konferenza tal-aħbarijiet attenda Michael Piscopo, Kap tal-Marketing tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u qal li huwa kuntent li festival bћal dan baqa’ fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali sena wara sena.
Festivals bћal Medieval Mdina jagћtu prodott turistiku partikolari gћax isir darba fis-sena u huwa motivatur turistiku gћal min jinzerta jkun Malta f’dan il-perjodu, qal Piscopo. 
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Silvio Parnis, li kien preżenti, sostna l-importanza ta’ attivitajiet li jittellgћu mill-kunsilli u li dawn jikkontribwixxu gћat-tkabbir ekonomiku.
Qal li l-Gvern se jaћdem favur iktar awtonomija tal-kunsilli fil-lokalitajiet, fosthom proposti li s-sindki jaћdmu full time. Dan biex l-attivitajiet li jsiru f’bosta lokalitajiet jiżdiedu u jkomplu jsiru sena wara sena.