Suspett ta’ ħruq intenzjonat fil-Katidral ta’ Nantes

Aġġornat 09:16 AM

In-nar li kien hemm fil-katidral fi Nantes fi Franza qed jiġi trattat bħala ħruq intenzjonat.

Rapporti fil-midja internazzjonali spjegaw li n-nar ġara dalgħodu u li kien hemm madwar 60 pumpjier fuq il-post jippruvaw jikkontrollaw in-nar.

Il-Prosekutur dwar il-każ qal li tqabbdu tliet nirien fuq is-sit u li bdiet investigazzjoni dwar is-suspettat ħruq intenzjoanali.

Jidher li d-duħħan ġie nnutajt għal ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ dalgħodu. Is-saqaf tal-kaditral kellu jerġa’ jinbena fl-1972 wara li twaqqa’ fil-gwerra.

Dawn il-filmati evokaw memorji ta’ sena ilu meta Franza għaddiet minn tragedja kbira hekk kif il-Katidral ikona Notre-Dame inħaraq bin-nirien.