Aġġornata (2): Filmat: Parti mill-Katidral Notre Dame tikkollassa minħabba nirien

Parti mill-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi kkollassat minħabba nirien li ħakmu dan is-sit famuż fi Franza.

Il-Katidral ta’ Notre Dame ħa n-nar skont kelliem għad-dipartiment tat-tifi tan-nar fi Franza.

Skont ir-Reuters, xhud minn tagħhom qal li deher id-duħħan mill-biċċa ta’ fuq tal-katidral tal-Medju Evu. Kien hemm in-nar ħdejn iż-żewġ kampnari tiegħu.

Filmat: Elsa Godeluck

Id-dipartiment tat-tifi tan-nar qal li hemm ħidma intensiva għaddejja. Kelliem għall-Kunsill tad-Distrett qal fuq Twitter li ż-żona qed tiġi evakwata.

Għadu mhux magħruf x’kien il-kawża tan-nirien. L-istazzjon France 2 qed jirrapporta li l-Pulizija kienet qed titratta l-inċident bħala wieħed aċċidentali.

Bħalissa qed isir restawr tal-katidral, b’biċċiet minnu qegħdin taħt scaffolding. Xi statwi tal-bronz tneħħew il-ġimgħa l-oħra għat-tiswija.

Il-midja soċjali dwar l-inċident:

#BREAKING A fire has broken out at the Notre Dame cathedral in Paris, firefighters in France have confirmed. UPDATE: A…

Posted by My country? Europe. on Monday, April 15, 2019

Aktar dettalji dalwaqt