Aġġornata: Ġie identifikat il-katavru tat-tfajla

Aġġornata 13:37:
Il-katavru tat-tfajla ġie identifikat. Għadhom ma ngħatawx dettalji dwar il-mara. 
Aktar kmieni
Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jiġi identifikat katavru ta’ sess femminili li nstab ilbieraħ fil-baħar fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli.
Kull min ghandu xi informazzjoni huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119, anke b’mod kunfidenzjali, jew billi jmur fl-eqreb għassa tal-Pulizija.
Ilbieraħ, ittellgħu żewġ katavri mill-baħar f'Birżebbuġa u f’Ħad-Dingli.