Il-Katalunja tinsisti għall-indipendenza mill-2017

Fi Spanja, tkompli tisħon il-qiegħa għall-indipendenza tar-reġjun sinjur tal-Katalunja hekk kif il-Parlament reġjonali mistenni jivvota fuq riżoluzzjoni biex, fi żmien xahar, titfassal sistema separata għall-Katalunja għas-servizzi soċjali u għat-Teżor.
Dan biex il-Katalunja tkun tista’ tmur għall-indipendenza totali mill-bqija ta’ Spanja sa, saħansitra, l-2017.
Il-Gvern Ċentrali Spanjol madankollu, ħalef li jiddikjara l-vot null, f’każ li dan jgħaddi, kif jidher li se jagħmel.