Il-Katalunja tiddikjara l-indipendenza

Il-Gvern Reġjunali Katalan għadu kif ivvota u ddikjara l-indipendenza minn Spanja, fl-istess żmien meta din tal-aħħar qed tikkunsidra li tikkontrollaha direttament.
Nhar is-Sibt li għadda, il-mexxej Katalan, Carles Puidgemont qal li l-Katalunja mhux se taċċetta l-pjan tal-Gvern f’Madrid li mistenni jimponi direttament fuq dan ir-reġjun.
Aktar kmieni l-Gvern Spanjol hedded li jattwa artiklu 155 tal-Kostituzzjoni Spanjola, li jagħti d-dritt lil Spanja li tikkontrolla direttament lill-Katalunja.
Sadanittant aktar kmieni llum, il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoh, qal lis-senaturi Spanjoli li hemm bżonn il-kontroll dirett ta’ Spanja sabiex fir-reġjun jerġgħu jirrenjaw il-liġi, id-demokrazija u l-istabbiltà.
Dan il-pass il-Katalunja ħaditu wara li l-vot fil-parlament tagħha għadda b’70 kontra 10 f’Kamra tar-Rappreżentanti li fiha 135 siġġu. Il-vot ibbojkottjatu l-Oppożizzjoni.
Kollox beda meta fil-bidu ta’ dax-xahar il-Katalunja organizzat referendum li minnu 43% tal-votanti riedu li r-reġjun jinqata’ minn Spanja.
Is-Senat Spanjol jifdallu jivvota daqt jattwax Artiklu 155 jew le.