Il-kartuna s-safra se tibqa’ valida għal sitt xhur oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li l-validità tal-kartuna s-safra (Schedule V) se tkun estiża b’sitt xhur oħra. Dan tħabbar fi stqarrija llum wara nofsinhar.

Il-Ministeru spjega li dan qed isir biex pazjenti li għandhom bżonn iġeddu l-kartuna s-safra ma jkollhomx bżonn jirrikorru għand it-tabib jew konsulent tagħhom għaliex din se tkun qed tiġġedded għal sitt xhur oħra awtomatikament.

Dan biex jonqos kemm jista’ jkun l-iskariġġ għall-persuni vulnerabbli waqt dan il-perjodu tal-pandemija.

Applikazzjonijiet ġodda jew tibdil tat-trattament jistgħu jintbagħtu permezz ta’ email fuq: schedule.poyc@gov.mt.