Il-kartolina tal-Milied tal-Prinċep William u Kate

Ritratt: Twitter/KateandMegTheBritishRoyalFamily

Id-Dukessi ta’ Cambridge, Harry u Kate, bgħatu l-kartolina tagħhom tal-Milied li turihom flimkien mat-tlett uliedhom, il-Prinċep George (5 snin), il-Prinċipessa Charlotte (4 snin) u l-Prinċep Louis (sena).

Il-kartolina hi ffirmata b’pinna sewda minn Catherine, li huwa isem id-Dukessa Kate.

Huma jidhru fuq mutur antik u x’aktarx li din kienet idea ta’ William, li hu magħruf li jħobb ħafna l-muturi.

Infatti fid-dokumentarju televiżiv tal-2015 Chasing the Royals, jingħad li l-familja Rjali, u anki Kate kienu jkunu nkwietati meta kienu jkunu jafu li hu kien ħareġ bil-mutur.

Fl-2011, lejliet it-tieġ tiegħu ma’ Kate, il-Prinċep William kien ħasseb mhux ftit lil qrabatu meta kien telaq idur bil-mutur fit-toroq ta’ Londra.

Is-sena l-oħra kien għamel żjara it-Triumph Motorcycles f’Leichestershire u kien mar idur bil-mutur Triumph Tiger 1200.

Il-kartolini tal-membri tal-familja Rjali huma popolari ħafna madanakollu hija biss dik tal-familja tal-Prinċep William li tqassmet u ġiet ippublikata.