Il-kartolina tal-Milied ta’ Harry u Meghan

Harry-Meghan Milied

Fl-aħħar sigħat ġiet żvelata l-kartolina tal-Milied tal-Prinċep Harry u martu Meghan. Din hija l-ewwel kartolina tagħhom ta’ Milied “maqtugħin” mill-familja Rjali Ingliża.

Ir-ritratt tal-kartolina, miġbud minnn Doria Ragland, omm Meghan juri lid-Dukessi ta’ Sussex flimkien ma’ binhom Archie u żewġt iklieb.

Il-koppja tat ukoll donazzjonijiet lil tliet organizzazzjonijiet.

“Din is-sena aħna, bħala familja, għamilna donazzjonijiet lil diversi karitajiet. Minn organizzazzjoni lokali f’Californja li tgħin lill-familji bla dar, għal żewġ għaqdiet fir-Renju Unit tagħna: wieħed li tappoġġja l-ħarsien tal-annimali, u l-ieħor, fond ta’ tifkira għal ħabib għeżież li jgħin biex jeduka lit-tfal u jiġġieled il-faqar fl-Uganda,” ikkummentat il-koppja.

Fil-kumment tagħhom, l-għaqda Mayhew irringrazzjat lil-koppja u qalet li bid-donazzjoni li rċievew se jkunu jistgħu ikampaw ftit ieħor minħabba li kważa tal-pandemija tal-Covid-19 il-fondi tagħhom kienu bdew jixxuttaw.