Il-karti ta’ kreditu ta’ BNF issa contactless

Il-karti ta’ debitu u kreditu ta’ BNF issa huma kollha contactless. Dan jagħmel il-ħlasijiet tal-qadi ta’ kuljum li jagħmlu l-klijenti tagħna, iktar konvenjenti, billi sempliċiment tintmiss il-karta ta’ debitu jew kreditu ma’ kull EPOS terminal li jaċċetta dan it-tip ta’ ħlas.

BNF Bank qed iniedi l-karti ta’ debitu u kreditu contactless ma’ applikazzjonjiet ġodda, tiġdid, tibdil jew meta mitlub speċifikament mill-klijenti.  Minħabba l-faċilita’ ta’ l-użu, l-karti contactless huma mezz ħafna aktar effiċjenti biex il-konsumaturi jħallsu x-xirjiet tagħhom, minflok jużaw flus, kemm lokalment kif ukoll meta jkunu msifrin.

George Debono, Kap Ewlieni għall-Kummerċ ta’ BNF Bank qal, “Il-konvenjenza u l-ħeffa li joffru l-karti contactless, jagħtu lill-klijenti ta’ BNF servizz b’valur miżjud, u jsaħħu l-benefiċċji u karatteristici li diġa’ jingħataw mal-karti ta’ kreditu tagħna.  Contactless hija biss waħda minn ħafna investimenti li ħaffifna fihom din is-sena, bil-għan li nwettqu l-wegħda li għamilna biex ntejjbu kull punt ta’ kuntatt li l-klijent ikollu mal-Bank”.

Sabiex japplika għall-karti ta’ kreditu contactless Classic, Gold jew PAVI PAMA, wieħed jista’ jitkellem direttament ma’ rappreżentant tal-Bank f’kull fergħa ta’ BNF jew inkella jċempel Customer Care fuq +356 2260 1000.  Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn www.bnf.bank/contactless_payments.