Il-karrieri tan-nisa kienu l-vittmi tal-COVID-19 – il-Kunsill tan-Nisa

Read in English.

Il-karrieri tan-nisa kienu l-vittmi fil-kriżi tal-COVID-19. Dan qaluh il-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa (CCWR),

Il-Kunsill preżenta position paper dwar l-effett tal-COVID-19 fuq in-nisa f’Malta u bagħtuha lill-Prim Ministru, lill-Ministri, lill-membri tal-Oppożizzjoni, trade unions u assoċċjazzjonijiet oħra, lill-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika, id-DEA u l-Malta Enterprise. F’din l-ittra is-CCWR tkellmet dwar l-impjiegi, is-saħħa mentali, l-akkomodazzjoni, l-użu tat-trasport pubbliku, il-vjolenza domestika, l-isfidi riproduttivi, il-falliment fiż-żwieġ, l-immigranti kif ukoll l-opportunità għar-riċerka sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-mara preżenti.

F’din l-ittra l-Kunsill enfasizza kif ir-rata tal-qagħad f’April żdiedet, fost ix-xogħlijiet li huma l-aktar popolari man-nisa. F’każijiet fejn iż-żewġ persuni jaħdmu, il-persuna li għandha l-iktar paga tiġi protetta, ħafna drabi dan huwa r-raġel.

Il-Kunsill qal li ħafna drabi biex persuna tingħata promozzjoni, min iħaddem jinsisti li persuna tkun ħadmet għal ħames snin konsekuttivi. Huma qed jinsistu li dan m’għandux ikun u għandhom jitkejlu bl-ammont ta’ snin globali. Il-Kunsill appella lill-Gvern biex jintroduċi aktar miżuri għall-familja fosthom it-telework u l-ħinijiet flessibbli.