Il-karozzi tal-linja jinżebgħu bojod

Mill-isfar għall-aquamarina u mill-aquamarina għall-abjad.
Il-karozzi tal-linja li kienu qed joperaw taħt l-amministrazzjoni tal-kumpanija Arriva qed jitneħħilhom il-kulur li kellhom u qed jinżebgħu kollha bojod.
Dan il-proċess huwa parti mill-ftehim li jgħid li l-kuluri tal-Arriva kellhom jitneħħew minn fuq il-karozzi tal-linja fi żmien sena minn meta l-Arriva tieqaf topera f’Malta.
Fil-fatt l-Arriva waqfet l-operat tagħha mit-toroq Maltin propju fl-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena wara li f’sentejn u nofs għamlet telf ta’ aktar minn €50 miljun.