Il-karozzi jistgħu jerġgħu jtellqu fl-Imtaħleb

DOI: Kevin Abela

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett tal-Imtaħleb, fil-limiti tar-Rabat, li se joħloq telgħa aktar sigura għal dawk li jipprattikaw l-isport permezz ta’ barrikati, u titjib ta’ wiċċ it-triq u tas-servizzi tal-ilma.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li parti minn din it-triq kienet qed iċċedi, u kienet pjuttost mitluqa. B’kawża ta’ dan, it-tellieqa tal-hill climb li hi tant magħrufa għaliha din it-triq, kellha tibda ssir fil-Mellieħa minflok.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-asfalt li ngħata lil din it-triq jassigura li terġa’ tibda tintuża għal dan l-isport, u anke għal avvenimenti bħall-Valletta Grand Prix, avveniment tal-karozzi klassiċi barranin.