Il-karozza tar-Reġina Eliżabetta tinbiegħ £45,000

Il-karozza li kienet issuq ir-Reġin Eliżabetta sal-2004, inxtrat minn xi ħadd mhux magħruf, waqt irkant f’Surrey, l-Ingilterra għal prezz ta’ £45,000.

Il-karozza tat-tip Daimler ta’ lewn aħdar, kienet manifatturata fl-2001 apposta għar-reġina u damet tinstaq minnha għal tlett snin. Il-karozza inbiegħet bi 15, 242 mil li 2,500 minnhom kien parti minn testijiet li saru bħala prekawzjoni qabel ma ingħatat lir-Reġina biex tużha.

Din il-karozza kienet mgħammra b’affarijiet uniċi biex jakkomodaw lir-Reġina, fosthom post apposta biex tpoġġi l-basket, dwal li jinxtgħelu biex tingħaraf meta tkun qorbot lejn id-desitnazzjoni tagħha u apparat ta’ komunikazzjoni li jaqbad dirett mal-uffiċċju tagħha u dak tal-Prim Ministru Ingliż f’ 10 Downing Str.