​Il-karozza tal-linja nħarqet b’mod aċċidentali

Il-ħruq fuq karozza tal-linja f’Jannar li għadda seħħ aċċidentalment.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari, qal li l-inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ ġiet konkluża.
Jirriżulta li l-ħruq kien ikkaġunat minħabba li wire ta’ tyre inqabad bejn id-differential tan-naħa ta’ ġewwa tad-double wheels tax-xellug, bejn ir-rim u d-drum tal-brejkijiet.