Il-Karnival tas-Sajf f’Buġibba fi tmiem din il-ġimgħa

Għada u l-Ħadd se jkun qed isir il-Karnival tas-Sajf, bit-toroq ta’ Buġibba u l-Qawra se jkunu qed jimtlew bil-kulur u bl-attivitajiet fil-qofol tal-istaġun tas-Sajf.

Ser ikun hemm defilé li jispiċċa fil-pjazza ta’ Buġibba bi spettaklu mill-aqwa ta' karrijiet li qed jinħadmu apposta għal dan il-karnival, maskaruni dekorati, kumpaniji taż-żfin u wirja t’ artiġġjanat fost oħrajn. Intqal ukoll li l-kumpaniji taż-żfin ma jonqsux kemm fil-pjazza kif ukoll fi spettaklu waqt parati fit-toroq ewlenin.

Id-direttur tal-Karnival Jason Busuttil saħaq li l-Karnival tas-Sajf hu attrazzjoni sabiħa għat-turisti li jinsabu f'pajjiżna matul dan iż-żmien, għax b'hekk ikunu qegħdin igawdu ftit mill-ispettaklu li jsir waqt il- Karnival ta' Frar.