Il-karnival tan-Nadur jibgħat 8 l-isptar

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, waqt il-karnival tan-Nadur, 8 persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal iktar kura.
Fil-ħamest ijiem tal-karnival, 41 persuna b’kollox ingħataw l-ewwel għajnuna mill-Emergency Response and Rescue Corps.
Il-maġġoranza tal-vittimi soffrew minn konsum eċċessiv ta’ alkoħol, imma kien hemm min sofra feriti u ksur f’rasu.
Ġurnata minnhom, il-voluntiera assistew ukoll fi tfittxija ta’ tifel ta’erba’ snin.
L-Emergency Response and Rescue Corps tħeġġeġ il-pubbliku sabiex joqgħod aktar attent f’attivitajiet simili.